
Ep 033 ma' Immanuel Mifsud
It-TAĦDITA SĦIĦA TIEGĦI mal-akkademiku, lettur fl-Università ta' Malta, kittieb esperjenzat u ħassieb Immanuel Mifsud.
Il-kruha u n-nuqqas t'estetika li nibqgħu naċċettaw hawn Malta, il-liberalizazzjoni tax-xandir, il-vjolenza tas-70ijiet, il-każ ta' Charlie Hebdo u ċ-ċensura li ġarrab huma fost it-temi li niddiskuti m'Immanuel.
Insir naf aktar il-valuri tiegħu, x'jispirah, l-aspirazzjonijiet tiegħu ta' meta kien għadu tifel u l-poddata taqbad it-tema tat-telfien, tal-gost, tal-fidi eċċ. Nagħtu titwila lejn l-isfont familjari tiegħu u r-relazzjoni diffiċli li kellu ma' missieru…
The skinny
The skinny isn't ready yet — notes appear once the transcript is processed.